Fundraising 2010/thank you/mt
Need help? See the Translation FAQ or Meta:Babylon. All translators should also subscribe to translators-l to be kept up-to-date (and to ask questions). General Fundraising Translation Guidelines: Fundraising 2010/Translations. |
- en/English (published)
- ar/العربية (published)
- be-tarask/беларуская (тарашкевіца) (published)
- bg/български (published)
- cs/čeština (published)
- de/Deutsch (closed)
- es/español (published)
- fr/français (closed)
- gl/galego (closed)
- he/עברית (published)
- hr/hrvatski (published)
- hu/magyar (closed)
- id/Bahasa Indonesia (published)
- it/italiano (published)
- ja/日本語 (published)
- ka/ქართული (published)
- ko/한국어 (published)
- mk/македонски (closed)
- ml/മലയാളം (closed)
- ms/Bahasa Melayu (closed)
- mt/Malti (published)
- nl/Nederlands (published)
- pl/polski (published)
- ru/русский (published)
- sh/srpskohrvatski / српскохрватски (published)
- te/తెలుగు (closed)
- tr/Türkçe (closed)
- uk/українська (closed)
- uz/oʻzbekcha / ўзбекча (published)
- vi/Tiếng Việt (closed)
- yi/ייִדיש (published)
- zh-hans/中文(简体) (published)
- zh-hant/中文(繁體) (published)
Notice
edit- Ringrazzjament mill-
Fundatur tal-Wikipedija Jimmy Wales
Quote
edit- "Immaġina dinja fejn kull persuna fid-dinja jista' jkollha aċċess mingħajr ħlas għall-għarfien kollettiv uman,"
- — Jimmy Wales, Fundatur tal-Wikipedija
Ringrazzjament mill-Fundatur tal-Wikipedija Jimmy Wales
editInkredibbli.
Kull sena, il-Fondazzjoni Wikimedia, tiffissa objettiv għall-ġbir tal-fondi tagħha, konsapevoli mill-fatt kemm huwa diffiċli biex dan jintlaħaq. Dan għandu jsir, minħabba li s-siti u l-moviment tal-Wikimedia qiegħed jikber. Il-Wikipedija hija l-ħames l-iktar sit miżjur fid-dinja, però l-istaff, l-infastruttura u l-baġit tagħna huma biss frazzjoni ta' kwalunkwe sit ieħor fost l-aqwa għaxra.
Kull sena, id-dinja tingħaqad sabiex issostni 'l-Wikipedija u l-proġetti aħwa tagħha. L-ewwel ġabra kienet biss sforz tal-komunità biex tixtri lil voluntier, li aktar tard sar l-ewwel CTO, laptop ġdid li tassew kien bżonnjuż.
Però, dan li seħħ din id-darba huwa iktar inkredibbli mis-soltu minħabba li din is-sena niċċelebraw l-għaxar anniversarju tal-Wikipedija. Huwa importanti ħafna li għalaqna s-sena b'dan il-mod: billi ġbarna l-kwantità ta' fondi li ġiet fissata bħala objettiv sabiex issostni 'l-Wikipedija u lill-proġetti l-oħra fl-għaxar sena tal-ħidma tagħna.
U anke jekk din is-sena ġbarna aktar donazzjonijiet minn kwalunkwe sena preċedenti — 16-il miljun dollaru — fl-istess ħin kienet l-iqsar kampanja li qatt nhedejna.
Hemm xi statistika oħra li nixtieq naqsam magħkom:
- Il-Fondazzjoni Wikimedia irċiviet iktar minn 500,000 donazzjoni.
- Il-kapitli lokali ta' madwar id-dinja rċevew madwar 130,000 donazzjoni.
- Jumejn mill-ġranet tal-ġbir ta' fondi kienu l-ġranet li fihom inġabru l-iktar fondi fl-istorja tal-Wikipedija.
- Il-medja tad-donazzjonijiet kienet ta' madwar $22.
Din il-ġabra kellha l-ingredjenti kollha ta' dak li nħobbu mill-proġetti tal-Wikimedia: in-nies ingħaqdu ma' xulxin, ikkontribixxew b'dak li kellhom għad-dispożizzjoni u flimkien ħloqna xi ħaġa straordinarja. Il-kontribut ta' programmatur minn Mumbai, fl-Indja jingħaqad mal-kontribut ta' stock broker minn Londra u ta' student minn Moska u r-riżultat hu li issa nistgħu immantnu u insostnu dan l-isforz komuni għal sena oħra.
U issa niffestiġjaw!
Minn qiegħ qalbii u f'isem iktar minn 100,000 voluntier attiv fil-proġetti,
grazzi!
Jimmy Wales Fundatur tal-Wikipedija
P.S. Biex niċċelebraw l-għaxar snin tal-Wikipedija, voluntieri minn madwar id-dinja qegħdin jorganizzaw xi festeġġjamenti. Biex tkun taf aktar aqra http://ten.wikipedia.org. U jekk għadek ma tgħajtx il-kontribut tiegħek, mhu qatt tard biex tagħmel donazzjoni. Agħfas hawnhekk.
Wikipedia 10
edit- Il-Wikipedija se tagħlaq 10 snin!
- Agħfas hawnhekk biex tkun taf aktar u titgħallem kif tipparteċipa.